Lokali

Ritratti: Persuna tittella’ mill-baħar f’Tas-Sliema

Ritratt: Roberto Runza

Ftit tal-ħin ilu ħaddiema tas-salvataġġ bdew operazzjoni biex itellgħu persuna li ntlemħet fil-baħar ta’ qrib l-Exiles Tas-Sliema. Il-persuna tinsab fil-periklu tal-mewt.

Għal bidu l-ewwel rapporti kienu qed jgħidu li l-persuna ttellat mill-baħar bla ħajja. Iktar tard il-Pulizija qalu li l-persuna sabu li kien ħaj iżda ma kelliex polz meta nstabet.

Sorsi mill-post qalulna li l-persuna ntlemħet għall-ħabta tas-14.30.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Caroline Galea li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.