Sport

Ten Pin Bowling u Squash fil-25 programm Sport Extra

Paul Baldacchino intervistat minn Charles Camenzuli

Illum fuq Net Television mis-6.05pm ‘l quddiem jixxandar il-25 programm Sport Extra bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.

Fl-ewwel parti tal-programm tingħata importanza t-22 edizzjoni tal-Kampjonat tal-Mediterran tat-Ten Pin Bowling li saru f’pajjiżna fil-ġranet li għaddew. Intervisti mal-President tal-MTPBA Paul Baldacchino kif ukoll ma’ tnejn mill-protagonisti ewlenin Mauro Anastasi u Sara Xuereb. Intervista wkoll ma’ Mark Spiteri li hu l-kowċ nazzjonali tat-tim taż-żgħażagħ li fil-ġranet li ġejjin se jmexxi kontinġent ta’ ħames plejers għall-Kampjonat Ewropew taż-Żgħażagħ.

Fit-tieni parti, intervista mal-plejers taż-żagħżugħ tal-isquash Kijan Sultana, rebbieħ ukoll tal-kategorija Żagħżugħ tas-Sena fl-aħħar edizzjoni ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali. Fl-intervista, dettalji dwar l-aħħar impenji internazzjonali li kellu u s-suċċess miksub.

Il-muntaġġ tas-servizzi fil-programm sar minn Samira Cachia Spiteri filwaqt li l-filmati ttieħdu minn Bernie Dimech u Joe Sultana.