Il-mara ta’ iben l-avukat tal-Partit Laburista, Pawlu Lia, mistennija tilħaq Maġistrat minkejja li fil-passat kellha tidher quddiem il-Kummissjoni għall-Ġustizzja.
Jirriżulta li fl-2010 Nadine Lia kienet involuta f’argument jaħraq fl-awla, bl-Imħallef li spiċċa jittimbra dak li seħħ bħala aġir tal-mistħija u tal-biża’.
Fl-aħħar ġimgħat il-Malta Independent saħansitra rrappurtat li numru ta’ avukati jqisu l-ħatra tagħha mill-Gvern Soċjalista bħala deċċiżjoni offensiva u mill-agħar tant li lesti jibbojkottjaw każi assenjati lil Nadine Lia kemm-il darba tinħatar Maġistrat.
Saħansitra jingħad li dawn l-avukati lesti jmorru quddiem il-Qorti Kostituzzjonali fid-dawl tal-kunflitti ta’ interess tagħha u ta’ Pawlu Lia, li hu wkoll l-avukat personali tal-Prim Ministru u diversi uffiċjali u kandidati oħra tal-Partit Laburista.
L-istess Pawlu Lia li ilu 17-il sena biex iħallas multa li ngħata mill-Qorti, bil-konsegwenza li issa qed jaffaċċja akkużi ta’ disprezz lejn il-Qorti. Aġir li skont persuni midħla tal-Qorti hu meqjus bħala sfida tar-rule of law.Dan l-aġir jispikka iktar u iktar meta wieħed iqis li Pawlu Lia hu wkoll il-magħżul tal-Prim Ministru fil-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja … rwol li fih suppost iwissi lill-membri tal-ġudikatura meta jonqsu.
//= $special ?>
