Lokali

Vot għall-Kandidati kollha biss jista’ jwassal għat-tielet siġġu fil-Parlament Ewropew – David Casa

L-attività politika fil-Każin Nazzjonalista fis-Siġġiewi kienet indirizzata wkoll minn tliet kelliema oħra.

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa qal li vot lill-Kandidati kollha tal-Partit biss jista’ jwassal biex il-Partit Nazzjonalista jkun jista’ jtella’ tliet Membri Parlamentari Ewropej.

Min-naħa tiegħu, filwaqt li qal li hu kburi li mingħand il-Partit Nazzjonalista wieħed jistenna l-ogħla standards, il-Membru Parlamentari Ewropew Francis Zammit Dimech qal li fl-għaqda hemm is-saħħa u hu hekk kif qed jaħdem it-tim tal-Partit Nazzjonata matul din il-kampanja.

U s-Sindku tas-Siġġiewi Alessia Psaila Zammit appellat biex fil-25 ta’ Mejju jkun hawn ċelebrazzjoni waħda ta’ pajjiż magħqud, li jħobb lir-raħal jew belt tiegħu, kif ukoll lil pajjiżna bħala Membru tal-Unjoni Ewropea.