Arsenal għamlu pass ieħor li jassiguraw posthom mal-ewwel erbgħa meta b’diffikultà għelbu lil Watford 1-0 f’Vicarage Road. Dan ir-riżultat fisser li għall-ewwel darba f’dan l-istaġun, Arsenal kisbu rebħa barra minn darhom mingħajr ma sofrew gowl. B’hekk huma jinsabu b’66 punt u fisser li diġà qabżu t-63 punt miksuba l-istaġun li għadda taħt Arsenè Wenger meta fadal ħames logħbiet oħra.
Il-gowl rebbieħ wasal wara 10 minuti meta Daryl Janmaat qassam lura lejn Ben Foster li dam biex lagħab il-ballun, b’Pierre-Emerick Aubameyang jippressa b’mod veloċi u x-xutt ta’ Foster spiċċa ħabat mal-attakkant u daħal fix-xibka mill-kaxxa ż-żgħira.
L-affarijiet komplew ġejjin ħżiena għal Watford hekk kif ftit sekondi wara spiċċaw jilagħbu b’raġel anqas meta r-referee Craig Pawson keċċa lil Troy Deeney wara li ġġudika li ta daqqa ta’ minkeb lil Lucas Torreira.
Minkejja s-superjorità numerika, Arsenal naqsu li jagħlqu l-logħba u saħansitra Watford għafsu għad-draw fl-aħħar minuti.
//= $special ?>