Lokali Parlament

Barroso keċċa lil John Dalli u Joseph Muscat tah “position of trust”

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li d-Deputat Nazzjonalista Chris Fearne għandu “sens of humour” ta vera għax waddab il-korruzzjoni fuq xi ħaġa li qiesha hija tal-Partit Nazzjonalista, meta filwaqt li Barroso keċċċa lil John Dalli fuq korruzzjoni Joseph Muscat tah “position of trust”.

Azzopardi qal li min ma jridx jisma’ l-verita fuq il-korruzzjoni jgħid li din hija kritika negattiva jew tixwix, imma l-verita ma tinbidilx. Min joħloq kultura ta’ omerta biex jagħmel li jrid huwa l-korrott Infakkru anniversarju ieħor fuq qtil ippjanat ta’ Daphne Caruana Galizia.  Din hija l-kultura ta’ omerta, li kulħadd jagħmelm li jrid u li hija fir-rapport ta’ Greco.

Qal li għax Caruana Galizija titkellem fuq il-korruzzjoni, tispiċċa tinqatel u qabel ma nqatlet spiċċat soġġetta għal kultura ta’ theddid u vjolenza. Qal li anken jekk jara x’alet Il-Kummisjoni Venezia li hija mmexxija mill-awqa nies fl-Ewropa, anke Strasbourg ukoll toqgħod fuqha.

Huwa qal li l-GRECO hija esperta u taqa’ taħt il-Kunsill tal-Ewropa, li ħarġet ir-rapport sena qabel ma kien suppost li joħroġ, u dan ir-rapport ħareġ kliem ta’ kundanna li jħammar wiċċ il-Maltin, fuq l-impunita, jiġifieri li kulħadd jagħmel li jrid, u li qegħdin ngħixu kriżi.

GRECO qal ukoll li l-istituzzjonijiet f’Malta qed jisfrundaw, li pajjiżna qed jiġi kastrat u hi-jacked mill-Gvern, li xtara s-silenzju tal-istituzzjonijiet.  Il-Pulizija rrifjutat li tibda tisma’ l-każijiet fuq il-Panama Papers, fejn l-awtoritajiet Maltin qed jgħidu li mhemmx evidenza, minkejja li ma hemm l-ebda dubju li kollox huwa ċar.

Azzopardi qal li fuq r-rapport tal-GRECO qegħdin jgħdu li qed jesiġraw, għax dawn jemmnu kif fil-fatt qed isir li Malta hawn liġi ta’ min huwa l-aqwa iħawwel, u meta jkollok pajjiż li l-liġi mhux l-istess għal kulħadd,  ibati ż-żgħir, għalhekk hawn Malta ma jeżistiex is-saltna tad-dritt,  imma hawn id-dritt tas-saltna u hawn waqgħet il-maskra tal-Gvern.

Tenna li min qed jimpala 5,000 ewro kuljum bid-deals korrotti li saru, qiesu ma ġara xejn. Il-kelliem qal li l-GRECO ikkonferma li l-Partit Nazzjonalista qiegħed fis-sewwa , għax kull rapport fuq Malta qed jagħti raġun lill-Oppożizzjoni.