Lokali Qorti

Biżżejjed provi biex Il-“hijackers” tal-bastiment El Hiblu 1 jitpoġġew taħt Att ta’ Akkuża


Il-Qorti tal-Maġistrati ddikjarat li jeżistu biżżejjed provi biex it-tliet żgħażagħ akkużati li wettqu “hijack” il-bastiment El Hiblu 1, li salvahom f’nofs ta’ baħar jitqiegħdu taħt Att ta’ akkuża.

It-tliet żgħażagħ, tnejn mill-Guinea u wieħed mill-Kosta tal-Ivorju li l-eta’ tagħhom hija ta’  15, 16 u 19-il sena qegħdin jiġu mixlijia li kontra l-liġi ħadu taħt idejhom u l-kontroll tal- bastiment El Hiblu1, li taħt il-liġi Maltija hija punibbli b’sentenza ta’ ħabs li tvarja bejn seba’ snin u 30 sena.

Membri tal-grupp ta’ madwar 100 immigrant li kienu salvati mill-baħar, allegatament heddew l-ekwipaġġ u sfurzawhom jibdlu l-korsa lejn Malta hekk kif huwa ndunaw li kienu se jiġi ritornati lejn il-Libja fejn kellhom jiffaċċaw jew kien hemm ċans li jiffaċċaw il-persekuzzjoni.

Il-Maġistrat Aaron Bugeja, li qed jirppresiedi l-kumpilazzjoni, qal li hemm evidenza biżżejjed biex l-akkużati jitpoġġew taħt att ta’ akkuża. Il-Prosekuzzjoni f’dan il-kaċ qed titmexxa mill-Ispettur Omar Zammit u mill-Avukat Nadia Attard mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali filwaqt li l-Avukati  Malcolm Mifsud, Neil Falzon u Gianluca Cappitta qed jiddeffendu lill-akkużati.