Lokali Parlament

Delia jipproponi twaqqqif ta’ Kumitat Parlamentari biex jiġu studjati r-rapporti li ħamru wiċċ Malta tort tal-Gvern

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ippropona li l-Parlament japprova it-twaqqif ta’ Kumitat Parlamentari ad hoc magħmul minn ħames persuna bi tnejn ikunu maħtura minn naħa tal-Oppożizzjoni. Dan biex jistudjaw ir-rapporti li nħarġu mill-Greco, il-Kummissjoni Venezja u l-Kunsill tal-Ewropa, u li ħamru wiċċ Malta tort tal-Gvern Soċjalista. Dan il-kumitat għandu jkollu l-għanli jifli sew ir-rapporti maħruġa.

Meta kien qed jitkellem waqt l-għeluq tal-mozzjoni mitluba minnu stess, Adrian Delia qal li din għandha titwaqaaf fi żmien tliet xhur biex naraw li ma nistgħux nibqgħu nparlaw biss imma nagħmlu minn kollox biex nsalvaw lil pajjiżna. Qal li hemm bżonn li nieħdu passi fuq dan għax ma jistax ikun li rapport wara rapport jibqa’ jpoġġiena mhux fost l-aqwa fl-Ewropa, imma fost l-aktar korrotti.

Adrian Delia qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat kien qal f’Jannar tal-2013 li l-korruzzjoni hija taxxa fuq il-poplu imma llum mhuwa jagħmel xejn biex din iwaqqafha. Taħt Gvern Soċjalista l-prezz tal-korruzzjoni hija ta’ 725 miljun ewro fis-sena, dan mhux qed iħallsu l-Gvern, imma l-poplu. Dak li għandu paga baxxa u ma jistax ilaħħaq u dak li kellu negozju li fallielu. Il-korruzzjoni mhux qed iħallasha l-Gvern.

Tenna li tant kemm għandna Gvern kontra l-korruzzjoni li l-Ministru Konrad Mizzi, li nqabad bil-kumpanija fil-Panama baqa’ hemm kontrav kif għamlu politiċi oħra f’pajjiżi oħra.

Delia beda jitkellem dwar ir-rapport Greco li huwa rapport fundamentali fuq l-istrutturi tad-demorazija f’pajjiżna. Qal li l-Ministru Bonnici tenna li rridu nibdlu l-affarijiet b’mod strutturat, biex imbgaħad waddab it-tort fuq l-Oppożizzjoni fuq dan ir-rapport.

Il-kelliem qal li barra mill-pajjiż ix-xogħol tagħna mhux li nipproteġu lill-Gvern, imma lil pajjiż. Qal li minn dak li qal il-Ministru Bonnici qiesu l-Oppożizzjoni jew parti minnha, kollha mhux tiffunzjona, qal li jista’ jseraħ rasu li qed tiffunzjona sew u qal lill-Gvern li inutli jibqa’ jwaħħal fil-PN il-Gvern, għax din tal-korruzzjoni qed tgħidu kull rapport li qed joħroġ. Tenna li l-problema hija fuq in-naħa tal-Gvern, għax għandu problema li mhux qed jirrikonoxxi.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li anke l-Ministru Helena Dalli fid-diskors tagħha waħħlet fil-PN. Huwa staqsa jekk Malta fi żmien il-PN qattx kellha kritika bħal din. Qal li tant kemm id-demokrazija qed titnaqqar li l-Avukat Ġenerali għażel li ma jkollux rapport tal-Egrant, u dan biex ma jitkellimx dwaru.

Tenna li l-Avukat Ġenerali qed jibqa jidefendi, dak li huwa indifensibbli u qal li dan mingħajr dubju huwa Gvern mill-aktar maħmuġ, iva u għandha Gvern li qed irażżan minn għandu obbligu biex jitkellem.

“Transpercy International” qalet li Malta hija wieħed mill-aktar pajjiżi korrotti fid-dinja, anke għall-fatt li f’Jannar ta’ din is-sena waqajna fil-51 post. Din ma ntagħżlitx mill-Partit Nazzjonalista, u dan fost il-ftaħir ta’ l-aqwa fl-Ewropa, jekk mhux ukoll fid-dinja.

Qal li Malta ġiet klassifikata bħala l-akbar telliefa f’dan kollu, fejn ingħad ukoll li minkejja li għandha s-sistemi legali kollha f’posthom, Malta tinsab mifnija minn numru ta’ skandli f’dawn l-aħħar snin, li jfisser taħt amministrazzjoni Soċjalista.

Qlajniha dwar il-mod kif jittieħdu l-kuntratti, kif taħt Gvern Soċjalista, mhemmx proċeduri, u d-@direct orders jingħataw ta’ spiss u dan għax ukoll, il-Ministri ta’ dan il-Gvern għandhom interss dirett għax. Tenna li Malta għandha l-unika Minstru Konrad Mizzi, li ssemma fil-Panama Papers fl-2016, u hu biss ma rreżenjax.

Huwa tkellem fuq rapporti oħra li indikaw fost oħrajn kemm jitħallsu bi ftit il-ħaddiema, qal mhux dawk li ma jidhrux u jitħallsu bl-400 fix-xahar jew li skjavi li qed iġib il-Gvern. Dawn qed jgħidu lil Malta, “Big Losers” għax Malta tilfet 14-il post.

Delia qal li l-korruzzjoni hija mifruxafil-livelli kollha tas-soċjeta’ bil-barranin tal-affari tagħhom il ilhom jgħixu Malta, ukoll qed jikkummentaw bil-livelli ta’ korruzzjoni f’pajjiżna. Tenna li r-Rapport Country , Malta 2019 mill-Kummissjoni Ewropea, tkellem ċar dwar il-Korruzzjoni u l-ineffiċjenza fil-Ġustizzja.

Ħareġ li l-liġijiet li saru qed jiksirhom l-Gvern stess, liġijiet li mhumiex qed jaħdmu, fejn anke ħareġ li l-“Economic Crimes Unit, u anke l-fatt li l-Pulizija jinsabu “understaffed” b’rapport ieħor tal-Monevalle.

Gvern li kien jaf x’se jiġri u kellu ċ-ċans li jipprepara u li għall-ewwel darba fl-istorja, weħħilna mit-test , pajjizna li dejjem għadda f’25 sena u issa fallejna.Jekk sa Lulju dan jiġi konferemat, se mmorru ħażin u jkun aħjar li l-Ministru Scicluna jara kif se jissewwew l-affarijiet milli joqgħod iwaħħal li dan ir-rapport ġie illikjat mill-PN, meta ħareġ fil-gażżetti.

Delia qal li aħjar li kieku Scicluna jagħmel ħiltu biex insalvaw in-negozji u tenna li jekk sa Lulju ma jrnexxilux idawwar ir-rotta, nitqiegħdu fuq il-lista s-sewda. Malta kienet tajba bir-rapport ikun bl-abjad u jekk pajjiż ikollu ftit griż ma jkunx sew għal kollox u jekk ikun iswed kif qed jidher, allura ikun qed jagħti timbru li Malta mhux ta’ min jersaq ‘l hawn.

Dan ifisser li eluf ta’ żgħazagħ mħallsin mhux bl-400 ewro fix-xahar imma b’pagi għoljin, b’xogħolijiet li ġabhom Gvern Nazzjonalista. Din id-darba l-Ministru Edward Scicluna ma qalx li jinsab skantat jew li għax Malta żgħira, imma qed iwaħħal fl-Oppożizzjoni.

Delia qal li din hija ħsara li l-Gvern qed iġibha b’idejh. Kisser ir-reputazzjoni ta’ Malta bil-Kummissjoni Venezja mhux minnu kif jgħid li għanmel ġabha l-Gvern Soċjalista, imma kienet talba mill-PACE tal-Kunsill tal-Ewropa. Li ġara kien li l-Ministru Bonnici kif sar jaf mar jiġri biex jagħmel talba hu, biex jgħid li dawn ġabhom il-Gvern. Dan il-Gvern mhux tal-PN, imma tal-PR.

Bħala fatt kienet fl-10 ta’ Ottbru li saret din it-talba biex għaddew ix-xhur u ma sar xejn. Ir-rapport Greco, għandu elenku sħiħ ta’ kritika fuq il-kolass tal-istituzzjonijiet, kultura tal-biza, li l-partiġġan jirbaħ fuq li sewwa, il-Pulizija spiċċaw għodda f’idejn il-Gvern u li għandna Gvern li jkollu jbiddel Kummissarju wara l-ieħor.

Ir-rapporti jgħidu li sfortunatament ħataf kollox u minkejja li qal kemm il-darba li se jeqred il-korruzjoni,ma ġarax hekk, temm jgħid Delia.