Il-Partit Laburista tilef il-maġġoranza fil-Kunsill Lokali tal-Imsida. Dan wara li l-Kunsillier Lino Bartolo bagħat ittra lis-Segretarju tal-Kunsill biex jinfurmah b’dan.
Fl-ittra, li nqrat fil-laqgħa tal-Kunsill Lokali li nżammet illejla, Bartolo qal li b’effett immedjat kien qed jirriżenja mill-Partit Laburista, iżda se jibqa’ jservi bħala Kunsillier Indipendenti.
S’issa għadu mhux magħruf x’wassal għal din id-deċiżjoni, għalkemm il-fatt li se jkompli jservi fil-Kunsill, jindika li r-raġuni mhix xi waħda personali jew ta’ saħħa.
//= $special ?>

