Illum it-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena ħalla pajjiżna lejn is-Slovakkja hekk kif se jkun qed jipparteċipa fit-tournament internazzjonali ta’ Novaky. Qabel il-bidu tal-kompetizzjoni, iż-żgħażagħ Maltin se jkunu qed jitħarrġu fil-post fejn se jintlagħbu l-logħob kif ukoll se jilagħbu logħba ta’ ħbiberija kontra t-tim nazzjonali ta’ taħt l-20 sena ta’ Novaky.
Malta tinsab fi Grupp B flimkien mal-Ungerija, ir-Rumanija u l-Ukrajna. Il-grupp l-ieħor fih is-Slovakkja, il-Ġermanja, Georgia u s-Slovenja. L-iskwadra msejħa mill-kowċis nazzjonali Karl Izzo u Anthony Farrugia hi din:
Sebastian Busuttil (Neptunes), Julian Farrugia (Neptunes), Jake Muscat (Neptunes), Marco Rossi (Neptunes), Sebastian Stellini (Neptunes), Jake Bonavia (San Ġiljan), Matthew Chircop (Sirens), Lucas Falzon (Sirens), Gianni Farrugia (Sirens), Gianni Galea Curmi (Sirens), Gabriel Melillo (Sirens), Benjamin Cachia (Sliema), Mark Carani (Sliema), Jacob Saliba (Sliema), Nico Schiavone (Sliema), Miguel Vassallo (Sliema)
Il-logħob tat-tim Malti
Il-Ġimgħa 19 ta’ April v Ungerija 11.00am, v Rumanija 7.45pm
Is-Sibt 20 ta’ April v Ukrajna 9.45am
*Iż-żgħażagħ Maltin jilagħbu żewġ logħbiet oħra s-Sibt 20 ta’ April u l-Ħadd 21 ta’ April skont il-pożizzjoni fil-klassifika
//= $special ?>