Żewġ persuni kellhom jiddaħħlu l-isptar wara inċident li seħħ dalgħodu fil-bypass ta’ Birkirkara.
Fl-inċident kienu nvoluti b’kollox erba’ vetturi; pick-up li kien qed jiġbed tower ladder, żewġ vetturi żgħar u vann pick-up ieħor li kien fuq wara. Fl-inċident, l-erba’ vetturi spiċċaw daħlu f’xulxin, waħda wara l-oħra.
Jidher li l-vittmi ma sofrewx feriti gravi.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.