Lokali Parlament

Kif qed iħejji s-settur tan-negozji l-Gvern dwar Brexit?

Meta kien qed jitkellem dwar Brexit il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li hemm erba’ possibilitajiet dwar il-ħruġ “o meno” tal-Ingilterra mill-Unjoni Ewropea. Huwa tkellem dwar l-inċertzzi għan-negozji tagħna u kif se nirreaġixxu, ikun xi jkun il-każ.

Delia qal li huwa tkellem ma’ diversi operaturi fin-negozju dwar dan fejn fosthom qal li ħafna minnhom investew u għadhom jinvestu ma’ dan il-pajjiż. Hemm min minnhom qed isiefer biex ukoll jarav x’inhija l-pożizzjoni ħalli jiskopru x’se tkun l-aħjar direzzjoni.

Il-Kap Nazzjonalista qal kemm il-Gvern qed jinforma u jekk hux jikkunsdira xi pakkett ta’ inċentivi għal dawk li s-suq tagħhom jiddependi mir-Renju Unit. L-għajnuna hija mportanti u anke informazzjoni mid-dipartiment u anke nformazzjoni mill-Gvern għandha tkun siewja għan-negozjanti kemm żgħar u dawk mhux ħafna żgħar.

Delia ukoll semma l-issue tal-propjeta’. Anke hawn wieħed irid jara x’direzzjoni rridu nieħdu speċjalment jekk l-Ingilterra toħroġ mir-Renju Unit bla ftehim. Dawk li għandhom xi forma ta’ kirja f’Malta u li anke għamlu xi konvenju li dejjem imxew skont il-prassi tal-Unjoni Ewropea.  Il-ħruġ ordnat tal-Ingilterra kien qed jifforma ċerta serħan, imma issa wieħed qed jistaqsi x’se jiġri. Qal li rridu għalhekk nagħtu ċertezza fuq il-kuntratti li qegħdin isiru.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal ukoll jekk il-Gvern għandux jagħmel lista ta’ prioritajiet biex iservu ta’ gwida aħjar. Tkellem ukoll dwar is-servizzi mediċi, kemm dawk li jiġu Malta mill-Ingilterra, kif ukoll dawk li l-Maltin jużaw fl-Ingilterra. Staqsa jekk hemm xi pjan biex wieħed iħares il-futur li jkun b’saħħtu, u x’arranġamenti qegħdin isiru u anke dwarn is-serħan tal-moħħ tal-istudenti li jmorru l-Ingilterra.  Il-Kap tal-Oppożizzjoni staqsa kif qed jippreparaw ruħhom entitajiet bħal Ministeru tas-Saħħa, l-Awtorita’ tal-Mediċina u jekk ġewx identifikatio oqsma ta’ priorita’.

Tkellem ukoll David Stellini dwar Brexit fejn qal li huwa faħħar il-Gvern meta kellu l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea u tkellem dwar dak li rrappurtat il-gażżetta influwenti Franċiża Le Monde, li l-Prim Ministru Malti jaqbel li estensjoni ta’ Brexit m’għandhiex tkun aktar tard mill-21 ta’ Ġunju. Huwa minnu li jekk ikollok “time frame” tonqos l-inċertezza. Pero qal Stellini l-Maltin li jgħixu hemm iridu jkunu jafu x’se tkun il-pożizzjoni tagħhom, u qal ukoll li l-Prim Ministru Malti jidher li allenja ruħu mal-Partiti Soċjalisti tal-Unjoni Ewropea biex Brexit ma jtawwalx sa Ottubru.

Tkellem ukoll id-Deputat Nazzjonalista Mario Galea li rringrazzja lill-Prim Ministru dwar l-aġġornament i fuq Brexit, staqsa dwar l-isptarijiet fl-Ingilterra f’dak li għandu x’jaqsam ma’ professjonisti Maltin li jaħdmu hemm. Staqsa bi ftehim jew le, x’se jiġri anke “long term”.

Herman Schiavone qal li jaqbel li r-Renju Unit jista’ jitlaq mill-UE bla ftehim u staqsa jekk il-preparamenti minn naħa ta’ Malta għadhomx għaddejjin in “full swing”. Qal ukoll li l-Gvern Ingliż għamel kalkoli fuq kemm se tkun tiswieh li jitlaq bla ftehim, u jekk għamilx l-istess kalkoli l-Gvern Malti fuq l-impatt ta’ Brexit għal Malta.