Lokali Parlament

Kull persuna f’Malta qed tħallas €1,670 minħabba l-korruzzjoni

F’Diċembru li għadda l-Ħodor Ewropej ħarġu rapport li fih qalu kemm aħna l-Maltin qed inħallsu għall-korruzzjoni. Sabu li qed inħallsu €725 miljun fis-sena, li jfisser iktar milli nħallsu għall-edukazzjoni fis-sena. Dan xi jfisser?

Iffisser li inti u jiena qed inħallsu €1,670 fis-sena. Dan hu l-prezz li qed tħallas int kull sena. Il-korruzzjoni hija taxxa żejda li qed inħallsuha jien u int flimkien. B’dawk is-€725 miljun fis-sena, iġib ir-raba vapur għal Għawdex, jibni djar għall-koppji żgħażagħ tagħna u jbiegħhom nofs prezz li jfisser “affordable housing”, jibni aktar “housing” soċjali, jikkopera aktar ma’ min iħaddem biex l-impjegati jkollhom aktar ħin għall-familja….fosthom l-“work life balance”.

Stellini qal li jistgħu wkoll jinbnew aktar skejjel ġodda u jittranġaw dawk li hemm, jitwessa’ t-trattament b’xejn tal-kanċer u xogħol utli ieħor. Dwar il-Greco, x’inhi Greco? Greco mhija xejn ħlief numru ta’ esperti Ewropej li jiġu f’Malta kultant żmien biex jiċċekkjaw hawnx korruzzjoni jew le. L-esperti tal-Greco ġew Malta f’Ottubru li għadda u ħarġu r-rapport ftit jiem ilu. Huma kollha uffiċjali ta’ Gvernijiet Ewropej; Rumanija, Olanda, Norveġja u Slovenja. Il-kelliem qal li qatt ta’ ltaqa’ ma’ dawn in-nies

X’sabu f’Malta il-Greco? Sabu li għalkemm fuq il-karta Malta għandha ħafna istituzzjonijiet ta’  kontra l-korruzzjoni  fir-realta’ hawn dubbji kbar dwar kemm dawn l-istituzzjonijiet huma effettivi fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Dan kollu minħabba każijiet li jitfgħu dell ikraħ fuq uffiċjali għolja tal-Gvern Malti u li peress li ma ttieħdu l-ebda passi dixxiplinarji jew ġudizzji kontrihom.

Il-Greco qed tgħid ukoll li hemm bżonn ta’ pjan serju biex titnaddaf il-politika f’pajjiżna, kemm il-politiċi, kifn ukoll uffiċjali għolja tal-Gvern.  Il-Greco għamel 23 proposta u minn hawn u sentejn oħra se jara jekk dawn ir-rakkomandazzjonijiet daħlux fis-seħħ jew le.

Huwa qal li ltaqa’ ma’ mara li binha jixtieq jagħti organu lil ħuha, u dan biex isir diġa ġie pospost darbtejn. Din hija taxxa u għalhekk il-korruzzjoni ma tistax tipprevali. X’għandha x’taqsam is-saħħa mal-korruzzjoni, għandha x’taqsam, għax kif kien qal il-Prim Ministru stess, għall-korruzzjoni tħallas int.