Lokali

Ma jafx jgħid kemm-il pensjoni tħallset mill-barranin

Minkejja l-istrategija ekonomika tal-Gvern tiegħu, li l-pensjonijiet qed joħorġu bis-saħħa tal-barranin li qed jgħixu f’pajjiżna, il-Prim Minisru u Mexxej Soċjalista Joseph Muscat mhux kapaċi jikkwantifika kemm-il pensjoni tħallsu grazzi għal din is-sistema.

Minflok, qed jipprova jdawwar kliemu stess. Għax minkejja li ftit tal-ġimgħat ilu, Muscat innifsu qal li min ma jridx barranin f’pajjiżna qisu ma jridx il-pensjoni.

Meta mistoqsi darba darbtejn, hu baqa’ jinnega u mistieden biex jara l-filmati mxandra diġà minn NET News, ipprova jirredikola billi qal li m’għandux ċans jara l-aħbarijiet għax ikollu x’jagħmel.

Għaldaqstant, se nerġgħu nxandru l-clip kollha fl-intier tagħha.

B’hekk, forsi Muscat ikun f’pożizzjoni jiċċara kemm-il pensjoni tħallset lill-anzjani Maltin u Għawdxin grazzi għall-intervent ekonomiku tal-barrnain li qed jiġu f’pajjiżna.