Qabda kbira oħra mid-Dwana ta’ Malta hekk kif waqt operazzjoni fil-Port Ħieles li damet iktar minn 19-il siegħa, elevat ftit iktar minn 91 kilogramma ta’ droga kokaina bil-valur fis-suq hu stmat li jaqbeż l-10.3 miljun ewro.
Stqarrija tad-Dipartiment tad-Dwana tgħid li uffiċjali tad-Dwana kien qed iwettqu scans ta’ kontejners suspettużi meta kienu identifikati irregolarijiet f’kontejners apposta li jġorru materjal f’ambjent imkessaħ. Kien hawnhekk, li għal darb’oħra id-Dwana sabet 3 kontejners li kien fihom 76 pakkett tad-droga Kokaina moħbija fil-kompartiment tal-kompressur tal-kontejner.

Fl-ewwel kontejner instabu 24 pakkett li jiżnu 24 kilogramma, fit-tieni kontejner instabu 40 pakkett li kien fihom 48 kilogramma droga u fit-tielet kontejner instabu 16-il pakkett bi ftit iktar minn 19-il kilogramma droga.
Bil-qabda tal-lum, id-Dwana interċettat iktar minn 606 kilogramma ta’ droga kokaina mill-bidu ta’ din is-sena bil-valur totali jaqbeż it-68 miljun ewro.
//= $special ?>