Sport Sport Ieħor

Swieqi Phoenix inkunurati champions lokali tal-handball

Swieqi Yobetit Phoenix kienu nkurunati bħala ċ-champions il-ġodda tal-handball lokali wara li rebħu l-Kampjonat Videoslots tal-Ewwel Diviżjoni. Huma kellhom staġun mill-aqwa hekk kif rebħu t-18-il logħba fil-kampjonat b’rekord ta’ kważi 500 gowl.

Il-President ta’ Swieqi Handball Club Orlando Bonnici qal li saret ħafna ħidma wara l-kwinti biex it-tim irnexxielu jattira plejers stabbiliti Maltin u barranin ta’ kwalità għall-handball lokali. Bonnici rringrazzja lill-plejers u l-isponsors kif ukoll il-Kunsill Lokali tas-Swieqi li dejjem emmen fit-tim tagħhom.

Il-mira ewlenija tal-klabb hi li jikkompetu għall-ewwel darba fiċ-Challenge Cup f’Ottubru li ġej, kompetizzjoni li hi organizzata mill-Federazzjoni Ewropea tal-Handball. L-impenn li jmiss ta’ Swieqi Phoenix hu fil-bidu ta’ Mejju bin-knock-out kontra Valletta HC. Għal aktar informazzjoni dwar il-handball jew il-klabb ta’ Swieqi Phoenix jista’ jsir kuntatt fuq @info@psc.com.mt