Lokali

Taħwid manju fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma

“Se nraħħsu l-konijiet tad-dawl”

Wegħda li smajniha ad nauseum qabel l-2013, iżda l-fatti llum huma ferm differenti.

Fl-aħħar ġranet il-media soċjali kienet mifqugħa b’kummenti fuq posts dwar kontijiet tad-dawl li splodew, anke f’każi ta’ djar bil-pannelli solari….

Persuna li tkellmet ma Net News u li għamlet investiment qawwi fil-pannelli qaltilna li fejn is-soltu tirċievi kont ta’ €6, l-aħħar kont li rċeviet kien ta’ €196. Żieda ta’ iktar minn 3000% fil-kont.

Persuna li s-soltu tikkonsma mal-400 unit kull xahrejn u li issa għamel 12 il pannella u biddel l-appliances kollha għal A++ issa rċieva kont li jgħid li kkonsma 3000 unit fi 3 xhur. Kont li minn €120 tela’ għal €850.

Xi ħadd ieħor kiteb li rċieva kont ta’ iktar minn €400 għal 7 ġimgħat… meta ssoltu jħallas inqas minn €200 ta’ xahrejn.

Punt ieħor li ssemma minn nies li tkellmu maghna kien li l-kontijiet mhux qed ikunu konsistenti – minn kontijiet li jintbagħtu kull tlett xhur, imbagħad ġejna kull xaħrejn, issa qed joħorġu kontijiet wara 6 jew 7 ġimgħat.

Kontijiet oħra qed iħallu barra il-konsum tal-ilma biex imbagħad ikun inkluż fil-kont li jmiss, li mbagħad jiġi b’rata għolja.

Għadd ta’ persuni gergru wkoll li l-kontijiet ġieli qed ikopru partijiet mill-istess perjodu f’kontijiet differenti, li jfisser li dak li jkun iħallas darttejn għal xi perjodi.

Is-saga tal-kontijiet issa ilha s-snin għaddejja, u l-Partit Nazzjonalista ilu x-xhur għaddej b’eżerċizzju ta’ ġbir u ċċekkjar ta’ ħafna kontijiet ezagerati li qed jirċievu l-familji.