Lokali

Wara żewġ inċidenti fatali…il-Ministru Ian Borg ifarfar

“Irrid nagħmilha ċara li x-xogħlijiet li għaddejin bħalissa ma kellhom x’jaqsmu xejn mal-ebda wieħed mill-inċidenti li seħħew il-weekend li għadda”. Dikjarazzjoni li saret mill-Ministru Ian Borg f’ħin meta għadhom għaddejin żewġ inkjesti Maġisterjali sabiex jiġu stabbiliti l-fatti – iżda donnu li għal Ministru Borg, dak li qal huwa fatt.

Din id-dikjarazzjoni ħarġet meta dalgħodu Ian Borg indirizza business breakfast dwar it-toroq f’pajjiżna. Ħafna minn dawk preżenti għall-business breakfast dehru iffastidjati għall-fatt li l-Ministru tat-Toroq donnu farfar għal kollox kull tip ta’ responsabbilta’ meta ħadd għadu ma jaf eżatt kif ġraw iż-żewġ inċidenti.

It-toroq Maltin f’24 siegħa ħallew 3 vittmi – it-tfajla li mietet f’Raħal Ġdid li kienet passiġġiera fuq mutur, u ż-żewġ nisa li mietu tard ilbieraħ bil-lejl fil-limiti tal-Mosta wara ħabta head-on.

Fiz-zona fejn seħħ l-inċident bil-mutur għaddej ix-xogħol fuq il-proġett tal-Marsa, filwaqt li eżatt fejn seħħet il-ħabta tal-bieraħ għaddej xogħol fil-ġenb tat-triq fejn qed titwessa’ waħda mill-karreġjati mill-Mosta lejn ir-Rabat.