Matul il-ġurnata tat-Tlieta, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kompla jżur diversi wirjiet b’rabta mal-ġimgħa imqaddsa.
Adrian Delia żar il-lokalita’ ta’ Birkirkara fejn attenda għall-wirja bl-isem ta’ ‘Il-Misteru tal-Mewt u l-Qawmien’, wirja li ttellgħet fiċ-ċentru parrokkjali San Ġużepp Ħaddiem f’Birkirkara. Din il-wirja fost l-oħrajn tinkludi settijiet ta’ statwetti, golgota, mudelli ta’ knejjes, xogħol tas-smid, ross u għaġin, qabar ta’ Kristu u kwadri u simboli
Wara, Adrian Delia żar il-wirja mtella’ mill-Għaqda Armar Sant’ Elena Birkirkara, fis-sala taċ-ċentru pastorali Sant’ Elena. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista żar ukoll wirja fil-knisja parrokkjali tal-Imsida li tiġi mtella’ mill-Familja Tedesco, familja li ilha ttella’ din il-wirja għal 30 sena. Il-vari f’din il-wirja ġew maħduma minn Nazzareno Gauci miż-Żejtun filwaqt li l-aċċessorji kollha inħadmu mill-familja Tedesco stess.


