Lokali Parlament

Gvern u Oppożizzjoni favur aktar ħidma għall-ħarsien tal-annimali

Meta kien qed jitkellem waqt l-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Ħarsien tal-annimali id-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal li jeżisti konsensus bejn Gvern un Oppożizzjoni favur aktar ħidma għall-ħarsien tal-annimali. Huwa q; ukoll li f’Malta hawn persentaġġ qawwi, ta ‘l fuq minn 65 fil-mija, li għandhom xi pet, l-aktar kelb jew qattus. Dan ifisser li l-annimali huma għal qalb il-Maltin.

Huwa faħħar lill-ħaddiema kollha tad-Direttorat u anke tal-annimal welfare mid-Direttur l-isfel, u qal li tal-ewwel, għal 24 siegħa kuljum huma disponibbli. Disponibbli meta jintlaqat kelb jew qattus u dawn jintervjenu. Qal li l-impenn li għandhom l-uffiċjali tad-Direttorat dwar il-Ħarsien tal-annimali fejn imorru wkoll fl-iskejjel. Huwa faħħar ukoll sehem l-NGO’s.

Ix-xogħol tad-Direttorat ma jintrabatx biss ma’ erba’ ħitan, imma rreferi għal żewġ proġetti pilota, fl-iskejjel ta’ Ħad-Dingli u Ħal Kirkop fejn dawn qed jagħtu lezzjoni kull ġimgħa u b’mod regolari għal sena sħiħa. Kull ġimgħa uffiċjali jmorru u jitkellmu fuq annimal differenti,

Mhux biss it-tfal qed juri l-imħabba għal dawk tradizzjonali, għal kelb jew qattus, imma annimali oħra wkoll. Skola Sajf li daqt tibda’ fejn ‘l fuq minn 20 ċentru, l-uffiċjali jmorru hemm ukoll.

Huwa appella wkoll is-Segretarjat tal-Anzjani fejn kienet inbdiet inizjattiva, imma twaqqfet fid-Dau Centres. F’Ħad-Dingli u s-Siġġiewi kienet intlaqet tajjeb u hemm bżonn li tkompli f’Day Centres oħra.

Huwa għalaq billi kkundanna kull tip ta’ moħqrija fuq kull tip ta’ annimal, mhux biss il-qattus jew il-kelb, huwa ta’ liema tip ikun. Qal li jispera, hu min hu l-Gvern jissaħħaħ dan id-Dipartiment biex il-kampanji edukattivi jilħqu aktar nies. Il-kelliem faħħar dan l-abbozz li sar flimkien bejn il-Gvern u Oppożizzjoni li permezz tiegħu l-ħajja tal-annimali se tmur għal aħjar.