Futbol Sport

Paul Scholes akkużat mill-FA Ingliża b’rabta ma’ mħatri ta’ logħob

Paul Scholes ġie akkużat minħabba kondotta ħażina b’rabta mar-regoli tal-imħatri tal-FA Ingliża. Hu allegat li l-Ingliż għamel 140 imħatra fuq logħbiet tal-futbol bejn l-Awwissu 2015 u Jannar ta’ din is-sena kontra tar-regola E8 tal-FA Ingliża.

Il-perjodu jirrigwardja lil Scholes meta kien parti mill-grupp sidien tat-tim non-League Salford City qabel inħatar manager ta’ Oldham fi Frar ta’ din is-sena. Hu għandu sas-26 ta’ April biex jirrispondi għal din l-akkuża. Scholes kien manager ta’ Oldham għal xahar qabel irriżenja f’Marzu wara sensiela ta’ riżultati negattivi fejn kien qal li l-pożizzjoni ma kinitx tenibbli.

Fil-karriera tiegħu, Scholes lagħab 720 logħba ma’ Manchester United u fost l-unuri rebaħ il-Premier League 11-il darba. Scholes li għandu 44 sena lagħab ukoll 66 logħba mat-tim nazzjonali Ingliż u skorja 14-il gowl.

Tags