Persuna qed issofri ġrieħi ta’ natura gravi wara ħabta li seħħet għall-ħabta tas-7am tat-Tlieta – inċident tat-traffiku li seħħ bejn żewġ karozzi fi Triq Mikiel Anġ Borg f’San Ġiljan.
Sewwieq minnhom għandu 45 sena, residenti z-Zejtun iżda oriġinarjament huwa mill-Korea t’Isfel, miegħu kellu passiġġier li l-identità tiegħu għadha mhix konfermata – dan ftit wara ttieħed lejn l-isptar Mater Dei. Ix-xufier tal-karozza l-oħra, li ma sofra l-ebda ġrieħi, hu raġel ta’ 37 sena residenti Raħal Ġdid.
Net News hu infurmat illi kawza tal-impatt qawwi, il-karozzi daħlu wkoll f’vetturi oħra li kienu pparkjati.
Kien ftit wara li fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-passigier lejn l-isptar, fejn hemmhekk ġie ċċertifikat li qed isofi grieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.