Lokali Parlament

Prim Ministru mingħajr rispett ta’ xejn għal mod kif jiġġudika lil ħaddieħor

Meta kien qed jitkellem fil-ħin tal-Aġġornament id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li l-atteġġament fid-diskorsi tal-Prim Ministru qegħdin juru biċ-ċar li huwa mingħajr rispett. Huwa qal dawn fid-dawl tad-diskors tiegħu meta kkritika li dawk li marru quddiem id-Duluri biex jitolbu kontra l-abbort, anzi wasal biex qalilhom ipokriti.

Il-Prim Ministru kien qed jitkellem fid-dawl ta’ dawk il-persuni li qegħdin jiġu bid-dgħajsa bil-Prim Ministru jgħid li anke dawk għandhom dritt għal ħajja. Vassallo staqsa lill-Prim Ministru min qallu, li dawk li marru quddiem id-duluri, humiex wkoll favur il-ħajja għal dawk li jiġu bid-dgħajsa.

Il-kelliem qal li aħjar milli l-Prim Ministru joqgħod jisserva b’dawk li jiġu bid-dgħajsa, jispiċċa jġib nies barranin jaħdmu f’Malta ta’ lsiera. Filwaqt li jiftaħar li pajjiżnma huwa wieħed kosmopolitan, jirranġa l-iskejjel u mhux jitfa’ li studenti fil-kontejners.

Il-Prim Ministru jrid ikun konsistenti, mhux imbagħad fid-Dipartiment tas-Saħħa jitneħħew is-slaleb biex imbagħad il-Ministru tas-Saħħa, ibbekkja. Din bħal tat-tarbija fil-ġuf, li ma titqiesx bħala persuna. Jekk il-Prim Ministru jridn iġib aktar barranin iġib aktar ambullanzi, jibni aktar faċilitajiet.

Qed nispiċċaw bla ambullanzi, b’dawn il-barranin kollha, jekk irid iżjed iġib, il-karozza fit-toroq qed jiżdiedu. Il-Kelliem qal li huwa qed jitkellem fuq nies, Maltin u Barranin, huma ta’ liema nazzjon li huma. Imma wieħed irid jipprepara, iva nġibuhom, imma mhux bħala skjavi. Qed ngħaddu liġi tal-annimali, tajjeb, imma ma naqblux li nġibu barranin, kif inhu l-każ, li qed jgħixu agħar minn annimali.

Ma nistgħux ngħaffġu fuq xulxin. Il-Prim Ministru m’għandux għalfejn jinkwieta, għax dawk li jiġu bid-dgħajsa, eventwalment isibu posthom, anke f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, imma l-ħażin il-barranin li qed iġib l-istess Prim Ministru, li minħabba nuqqas ta’ pjan qed nispiċċaw fuq xulxin.

Qal li għaliex il-Prim Ministru għax bdew jagħtu sidirhom, dan kien kumment dispreġġativ u vojt u ma kellux għalfejn jasal biex jgħidilhom ipokriti. Staqsa l-kelliem, m’għandhomx dritt dawn il-persuni jitolbu kontra l-abbort? Il-Prim Ministru qed ikun famuż li fil-Ħdud qed joħroġ b’xi profezija minn tiegħu.

Vassallo qal li ma jaħsibx li dan ien kliem għaqli li uċa l-Prim Ministru Joseph Muscat. Qal li iva għalih kull uman huwa sagru daqs it-tarbija fil-ġuf. Mela jmur jgħid li dawk li kienun quddiem id-duluri huma ipokriti u jużaw “double standards”

Fost id-diskorsi li qalilna l-Prim Ministru kien hemm li bla barranin se nitilfu x-xogħol, u li dawn qegħdin iħallsu l-pensjoni tagħna. Issa jekk dan huwa minnu, donnu li hemm xi ħaġa ambigwa, fejn jidher li hemm xi ħaġa sejra ħażin. Mhux sew li qed jipprova naddottaw għal politika għal kapriċċ tiegħu. Prim Ministru ma jistax jgħidilna dawn l-affarijiet, li huma gravi.

Meta l-PN jitkellem fuq ir-refuġjati, ma jitkellimx b’dan il-mod. Vassallo qal li qatt ma sema’ lil ebda kap ta’ dan il-partit li semma l-kelma “push back”. Kien Muscat meta kien Kap tal-Oppożizzjoni fi żmien meta Lawrence Gonzi kien Prim Ministru, li kien wiegħed “push backs”. “Warrab lil dawn in-nies minn pajjiżna”, kien jgħid Muscat,

Adrian Delia qatt ma qal lil Prim Minstru preżenti biex ikeċċi lil dawn in-nies li jiġu bid-dgħajsa, jew jgħid biex ma jdaħħaliex. lanqas l- Arċisqof jew l-NGO’s qatt ma tkellmu b’dan il-mod. Il-PN dejjem tkellem favur il-ħajja, hi x’ inhi ċ-ċirkostanza,. Dejjem irispetta t-tarbija fil-ġuf u kull ħajja oħra.

Kien il-Prim Minsitru li meta għadda l-Liġi fuq il-vjolenza domestika qal li tarbija fil-ġuf hija persuna ta’ tmien ċelloli. Kien hu li għadda liġi permezz tad-dipartiment tas-saħħa li bħala tarbija fil-ġuf mhux meqjusa bħala persuna f’għajnejn il-liġi.