Il-Kunsill Lokali tas-Swieqi għaddej bl-inizjattiva biex l-anzjani jżommu lilhom infushom attivi fiżikament u mentalment.
B’dan il-ħsieb, il-Kunsill qed jorganizza sessjonijiet tal-arti marzjali Thai Chi, fil-bini tal-Kunsill u bil-kollaborazzjoni tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Arti Marzjali u ċ-Ċentru Ċiniż tal-Kultura.
It-Thai Chi hu magħruf li jgħin lil dak li jkun jikkalma u jnaqqas l-istress, fl-istess waqt li jgħin lill-bniedem jikkordina l-movimenti tiegħu mal-moħħ.
Minbarra erba’ sessjonijiet għall-anzjani, se jinżammu wkoll sitt sessjonijiet oħra għall-pubbliku inġenerali. L-erba’ sessjonijiet għall-anzjani huma b’xejn għax il-Kunsill fittex u sab l-appoġġ tas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva.
//= $special ?>