Internazzjonali

29 mejta f’inċident b’kowċ tat-turisti f’Madeira

Inċident b’kowċ tat-turisti ħalla 28 persuna mejta fil-gżira Portugiża ta’ Madeira. il-vittmi huma 18-il mara u 11-il raġel kollha Ġermaniżi.

L-inċident seħħ ħdejn il-lukanda Quinta Splendida f’Canico, u z-zona fejn seħħ hija magħrufa bħala black spot għall-inċidenti. Ftit metri bogħod minn fejn seħħ l-inċident hemm dawra kerha u spiss ikun hemm inċidenti f’din il-parti tat-triq.

Nies fuq il-post qalu li din hija triq diffiċli għas-sewwieqa, speċjalment għal sewwieqa ta’ vetturi kbar.

Intant it-temp kien bnazzi u kien għadu d-dawl meta seħħ l-inċident.

Hu maħsub li l-kowċ kellha 55 persuna abbord.

Is-sindku tal-lokal Filipe Sousa qal: “M’għandix kliem biex niddeskrivi dak li ġara.”

Mill-ewwel rapporti jidher li l-kowċ tramblet f’niżla wieqfa.