Il-proġett ta’ mina bejn Malta u Għawdex hija xi ħaġa maqbula bejn Gvern, Oppożizzjoni u anke l-Maltin u l-Għawdxin. Kien il-Partit Nażzzjonalista li ħa l-ewwel pożizzjoni dwar dan u minkejja li l-Partit Laburista, għamel xi żmien xettiku dwar dan.
L-aktar fl-ewwel leġislatura tiegħu,u issa huwa wkoll favur u biż-żewġ partiti jinkludu din il-proposta fil-programm elettorali tagħhom, dan juri li issa rridu nimxu ‘l hemm. Appell importanti lill-Gvern hu, li ma jiddejjaqx jispjega l-istudji li qed jagħmel, u fejn hemm il-problemi jgħidhom. Hemm bżonn ukoll ta’ aktar konsultazzjoni.
Meta kien qed jitkellem dwar il-mozzjoni fuq il-proġett dwar mina bejn Malta u Għawdex id-Deputat Nazzjonalista Chris Said fisser dwar l-importanza tal-aċċessibilita’ ta’ Għawdex u qal li matul is-snin tjiebet u kull Gvern ra kif għamel biex fejn jidħol trasport Għawdex jimxi ‘l quddiem . Il-PN ukoll kien ħadem dwar dan u wkoll għamel investiment fuq vapuri ġodda.
Said qal li huwa mument mportanti għax wara disa’ snin dan il-proċess qed jieħu żvolta ġdida. Mhux kulħadd kien jaqbel u fl-2011 Gvern Nazzjonalista kien ġab esperti u kumpanija serja bħal Malt Macdonald, li kienet għamlet rapport, u dan kien l-ewwel pass importanti fi proċess twil. Dan huwa proċess li mess tliet leġisltaturi.
Il-kelliem qal li huwa jemmen li dan il-proġett se jmiss il-leġisltatura li ġej u x’aktarx anke ta’ wara. Fil-mozzjoni għandna wkoll li ż-żewġ partiti wegħdu l-link permanenti bejn Malta u Għawdex, u fl-2013 kien il-PN li daħal fiha sew u wara l-Gvern Laburista kkonverġa, għax kien hemm żmien li l-Gvern beda jaħseb fuq bridge.
Fil-fatt il-Gvern kien studja għal tliet snin ma’ kumpanija Ċiniża, li ma kienitx option tajba tal-bridge. Il-committment politiku qiegħed hemm miż-żewġ naħat. Qal li anke rapport mill-Malta Busiiness Chamber u l-Awtorita tat-Trasport ħarġet tgħid ukoll li mina hija l-aħjar soluzzjoni, rapport meqjus, qal il-kelliem maħruġ mill-ekonomista’ Gordon Cordina.
Id-deputat Nazzjonalista staqsa dwar x’jaħsbu n-nies fuq dan il-proġett? Huwa għamel aċċenn għas-surveys li saru. Qal li l-ewwel wieħed fl-2010, kienu rrispondew għalih 900 persuna, li 70 fil-mija minnhom qalu li huma favur il-mina.
Il-ġenerazzjonijiet żagħżugħa, jew dawk taħt is-60 sena, kienu l-aktar favur. F’Settembru li għadda sar market reasearch bejn Maltin u Għawdxin, u kienu 83 fil-mija favur il-minba, wkoll l-aktar kienu ż-żgħażagħ favur.
F’Novembru li għadda sar survey mill-Malta Today, żewġ terzi kienu favur, Għawdex 9.5 fil-mija kienu biss kontra, filwaqt li 66 fil-mija huma favur u 24.5 huma indeċiżi.
Dan is-survey qal li 63.1 fil-mija tal-poplu Malti u Għawdxi kollu jaqbel li ssir mina bejn Malta u Għawdex b’24.4 fil-mija ma’ jaqblux. Survey għandu jingħata piż, qal Said. Dan il-proġġett fih aktar vantaġġi mill-żvantaġġi. M’hawn l-ebda proġett li fih vantaġġi biss.
Chris Said qal li hemm statistika nkwetanti dwar Għawdex. Din fuq għaliex l-eta’ medja qed tixjieħ, u dan għaliex ħafna Għawdxin qed jispiċċaw jmorru Malta. Bħala Għawdxi qal Said, ma jridx li jara lil Għawdex jispiċċa dar tal-anzjani.
Illum mal-Gvern biss, ħaddiema Għawdin li jaħdmu mal-Gvern ittriplaw u anke mal-privat żdiedu. Bħali vjaġġi l-Għawdxin li jaħdmu Malta, dawn jagħmlu bejn 15 u 16-il sena jivvjaġġaw, jiġifieri jumejn xogħol u dan jinkludu wkoll lill-istudenti Għawdxin li qegħdin jistudjaw Malta.
F
//= $special ?>