Meta kien qed jitkellem dwar il-proġett tal-mina li tgħaqqad il-mina bejn Malta u Għawdex id-Deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi qal li filwaqt li l-Gvern u l-Oppożizzjoni qed juru li qed jaqblu dwar il-proġett tal-mina, l-Gvern għandu jkun aktar miftuħ mal-poplu fuq dan. Hemm bżonn li ssir xi forma ta’ diskussjoni pubblika biex il-poplu ma jibqax fil-għama.
Fil-bidu ta l-intervent tiegħu l-kelliem qal li l-konnettivita’ bejn iż-żewġ gżejjer minn dejjem ingħatat l-attenzjoni kollha meħtieġa mill-Partit Nazzjonalista fil-Gvern.
Fuq kollox kienu amministrazzjonijiet immexxija mill-Partit Nazzjonalista li bnew il-portijiet tal-Mġarr Għawdex u dak tac-Ċirkewwa f’Malta. Kienet l-istess amministrazzjoni li ħadet ħsieb biex inbnew tliet vapuri moderini u li wettqet il-proġetti tal-terminals moderni, kemm fl-Imġarr u anke fiċ-Ċirkewwa.
Il-Gvern permezz ta’ din il-mozzjoni qed jitlob l-appoġġ sħiħ tal-Oppożizzjoni għal proġett tal-mina. Hawn irrid ngħid li dan l-appoġġ kien nieqes meta il-Partit Laburista kien fl-Oppożizzjoni. Dak inhar il-Partit Laburista kien kontra l-mina.
Dak iż-żmien ma kienx hemm il-kunsens neċessarju , tant li malli nbidlet l-amministrazzjoni l-istudji nbidlu biex minflok mina isir pont. Kellhom jgħaddu tliet snin biex il-Gvern Laburista induna li żbalja u ra li l-proġett tal-mina kien aktar jagħmel sens minn dak ta’ pont.
Azzopardi qal li din ir-rizoluzzjoni li ghandna quddiemna tibda billi tghid li:- “Il-konnettivita’ permanenti bejn Malta u Ghawdex huwa parti mill-Manifest Elettorali tal-Gvern u approvat mill-maggoranza tal-poplu”…… U tkompli…..”Kif ukoll il-konnettivita’ kienet parti mill-manifest elettorali tal-Oppozizzjoni.”
Il-kelliem qal li rebha elettorali m’għandiex tintuża sabiex jinqabeż proċess li jevalwa l-impatti kumplessi ta’ xi proġett partikulari. Jekk dan isir, il-poplu jkun imċaħħad mid-dritt tiegħu li jkollu l-fatti kollha quddiemu, ħalli, bil-kalma jista’ jgħarbel sew il-proġett propost.
Frederick Azzopardi qal li dan huwa l-bażi tal-argumenti tiegħu fuq din il-mozzjoni. Fuq kollox dan kollu hu espress b’mod l-aktar ċar fil -Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista ghall-elezzjoni tal-2013.
F’dan il-manifest jingħad li l-Partit Nazzjonalista jappoġġja il-bini ta’ link permanenti bejn Maltu u Ghawdex dejjem skont ma jirrżulta l-aħjar mill-istudji u sakemm dan ikun ambjentalement vijabbli.
U dwar l-istess suġġett, fil-Programm Elettorali tal-2017, il-Partit Nazzjonalista kien wiegħed li se tiġi indirizzata il-problema tal-mobilita maħluqa mit-traffiku fit-toroq tagħna.
Ikompli jingħad li kien se jibda jaħdem biex tinbena sistema alternattiva tat-trasport pubbliku. Din tkun sistema ta’ metro li taħdem sewwa fuq l-art kif ukoll taħt l-art. .
Qal li fir-Riżoluzzjoni insibu li din tesprimi li il-miri, prinċipji u obbligi, dwar il-proġett tal-mina, se jitwettqu bl-akbar reqqa u attenzjoni, fl-aħjar interess ta’ pajjiżna u skont ir-regoli tal-ippjanar u l-ambjent ta’ Malta kif ukoll tal-Unjoni Ewropea.
Fil-mozzjoni jintqal ukoll li l-matul l-implementazzjoni għandu jiġi żgurat li dan il-proġett jitwettaq bl-aktar mod sostenibbli fl-aħjar interess tal-familji u l-iżvilupp soċjo-ekonomiku f’Għawdex, waqt li wkoll jiġi ppreservat il-ġmiel naturali, u identita’ kulturali u ambjentali tal-istess gżira.
Dan l-istudju huwa obbligu legali qabel kull pjan ippreparat mill-Gvern, iżda dan s-issa għadu ma sarx. Kien Il-Prim Ministru stess li fis-16 ta’ April 2016, waqt li kien qed jindirizza Konferenza Nazzjojali, bit-tema ‘Insaħħu l-Ażżessibilita’ li kien saħaq li huwa important li jiġi esplorat l-aspett ambjentali, kemm dak dirett u kemm dak li mhux dirett.
Sena wara, eżattament fit-3 ta’ Mejju 2017, fuq l-istazzjoni telviżiv Nazzjonali, il-Prim Ministru ġie kkwotat li qal li għad hemm kwistjonijiet x’jigu deċiżi, fosthom l-aspett ambjentali.
Intqal ukoll li għad irid jiġi deciz fejn se tiżbokka l-mina bl-inqas impatt ambjentali u li għandha ssir diskussjoni Nazzjonali bis-sehem tal-għaqdiet ambjentali.
Frederick Azzopardi qal li mhux talli ma saritx din id-diskussjoni talli, 13 -il għaqda mhux Governativa, dan l-aħħar, kienu kostretti li kellhom joħorġu stqarrija.
Stqarrija fejn urew id-diżappunt għad-dikjarazzjonijiet li saru minn esponenti tal-Gvern Laburista li d-diskussjonijiet dwar il-mina huma magħluqin.
Dawn l-għaqdiet stqarrew li dawn id-diskussjonijeit għadhom lanqas bdew u l-istudji li qed jissemew baqgħu qatt ma ġew ippublikati. Aħseb u ara kemm ġew skrutinazzati.
L-istess wiegħdi għamel il-Gvern dwar l-istudji li qed jingħad li saru. Qal li dawn l-istudji se jkunu bażi li fuqhom ssiru il-konsultazzjonijiet pubblika finali li jwasslu għad-deċiżjoni li tittieħed mill-awtoritajiet.
Għal darba ohra konsultazzjoni finta! Inkredibbli n-nuqqas totali ta’ parteċipazzjoni pubblika fi proġett b-impatt daqstant qawwi fuq in-nisġa soċjali ta’ Għawdex.
Ma tezisti l-ebda informazzjoni soda u rigoruża, li hi pubblika. Informazzjoni li permezz tagħha wieħed ikun jista’ jgħarbel sew l-informazzjoni u dikjarzzjonijiet, li mhumiex sostanzjati b’evidenza xjentifika, kwalifikata u pubblika.
Fil-Mozzjoni jissemma ukoll li l-Gvern se jhalli il-bieb miftuħ għal żviluppi ġodda. Fosthom dawk rigward trasport tal-massa. Dan ma jaqbel xejn ma dak li qalu esponenti tal-Gvern waqt laqgħa li giet organizzata f’Għawdex dan l-aħħar. B
Il-kelliem qal li l-anqas ma’ jreġi l-argument li l-proġett tal-mina issa ma jistax jakkomoda sistema ta’ trasport tal-massa, u dan ghar-raġuni li l-process ghal dan il-proġett ilu li nbeda s-snin u issa ma jistax
Dan imur kontra dak li kien qal il-Prim Ministru f’April tal-2016, meta kien qal li għandu jkun hemm diskussjoni dwar x’tip ta’ mina għandha ssir. Fis-sens jekk din tkunx ghall-karozzi, jew metro.
D
Azzopardi għamel referenza ghall-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista ghall-Elezzjoni tal-2017 fejn kien intqal:- “Għaddejjin ukoll bil-prożess biex immmedjatament jibda sett ta’ testijiet ġeologici oħrajn, imsejjħa Investigative Coring, bil-ħsieb li naslu ghal riżultati cari f’dak li għandu x’jaqsam mal-kompożizzjoni ġeologika ta qiegħ il-baħar fil-fliegu bejn Malta u Għawdex.”
F’dan il-manifest tal-Partit Laburista jkompli jingħad li.. “Dawn it-testijiet huma fundamentali biex nikkalkulaw ir-riskju tekniku tal-proġett”. Imma fil-fatt dawn qed isiru? ……….U jekk saru x’kienu r-riżultati?
Qal li qed jagħmel dawn il-mistoqsijiet ghaliex wara pressjoni, sabiex l-istudji u r-riżerki dwar il-mina jiġu ppubblikati, il-Gvern, ftit tal-ġranet ilu, fi stqarrija qal li l-istudji mistennija jigu ppubblikati fiż-zmien li ġej.
Il-Gvern qal ukoll l-istudji kollha meħtieġa, fosthom dawk tekniżi ekonomiċi u amjentali saru jew qed jiġu ffinalizzati minn esperti indipendenti. Intqal ukoll li dawn se jiġu ppubblikati bħala parti mill-proċesss tad-determinazzjoni tal-periessi kollha meħtieġa.
//= $special ?>