Lokali

Ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna taffettwa l-investiment li jiġi Malta

L-isem tajjeb jew ħażin ta’ pajjiżna jaffetwa l-investiment li jsir f’Malta. L-effett mhux se jinħass mill-ewwel iżda meta jonqos l-investiment, in-negozji Maltin ibatu.

Kliem il-President tal-GRTU Paul Abela waqt intervista f’Net Live wara li dan l-ahhar kien hemm il-konferma tiegħu fil-kariga.C

Il-GRTU tesiġi li l-Gvern jagħti kas ta’ dawn ir-rapporti u fejn hemm indikati affarijiet li għandhom jiġu irranġati, ma jibqax ikaxkar saqajh. Paul Abela tkellem ukoll dwar l-importanza tar-reputazzjoni fin-negozju, mhux l-inqas ir-reputazzjoni nazzjonali.C

Matul l-intervista, Paul Abela tkellem ukoll dwar l-abbużi li qed isiru fil-portijiet a spejjeż ta’ burdnara liċenzjati kif ukoll dwar il-process ta’ titjib tal-faċilitajiet tal-pompi tal-petrol biex jilħqu standards Ewropej.