Il-gowlkiper ta’ Atletico Madrid Jan Oblak ġedded il-kuntratt mal-klabb b’erba’ snin biex b’hekk se jibqa’ mal-klabb sal-2012. Oblak li għandu 26 sena ngħaqad mal-klabb Spanjol mingħand Benfica fl-2014 u lagħab 203 logħbiet sa issa, b’115-il logħba minnhom ma jsofrix gowl.
“Jien kuntent ħafna li ffirmajt kuntratt ġdid u li qiegħed hawn. Se niddefendi dawn il-kuluri fl-aħjar tal-abbiltajiet tiegħi u se nkompli naħdem iebes,” qal Oblak lis-sit uffiċjali tal-klabb.
L-internazzjonali Sloven ingħata t-trofew Zamora tliet darbiet fi Spanja. Dan l-unur hu ppreżentat lill-gowlkiper bl-aħjar medja ta’ gowls fil-logħbiet li lagħab f’La Liga. Oblak kien membru integrali mit-tim ta’ Atletico Madrid li rebaħ l-Europa League l-istaġun li għadda u li spiċċa finalist taċ-Champions League fl-istaġun 2015/16.
//= $special ?>