Kien il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern fl-2012 li ħareġ bil-proposta li jkun hemm permanent link bejn Malta u Għawdex u l-Gvern Laburista tefgħha tliet snin lura meta ħareġ bil-proposta tal-bridge. Kieku x-xogħol huwa avvanzat bi tliet snin u jaf diga’ bdejna x-xogħol fuq il-mina.
Meta kien qed jitkellem fuq il-mozzjoni dwar il-proġett tal-mina, id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal li huwa favur li jiġi assikurat li jsiru l-istudji neċessarju u li ma jibqgħux f’xi kexxun izda jkunu pubbliċi.
Iridu jsiru studji biex jaraw jekk il-construction waste li joħroġ mill-mina jkun tajjeb biex isir land reclamation. Dan irid jsir biex niżguraw li dan il-waste ma jikkontaminax lill-ibħra Maltin.
Bezzina tkellem dwar l-importanza li jsiru studji ġeoliġiċi u dwar riklamazzjoni ta’ art. Dwar l-użu tal-materjal u xi jsir minnu, wieħed irid jara x’tip ta’ partiċelli hu dan il-materjal, u wieħed irid joqgħod attend dwar dan għax malajr jista’ jkollok kontaminazzjoni fil-baħar.
Qabel dwar l-istħarriġ li għandu jsir ġeoliġku biex inkunu nafu dwar l-istrati tal-blat li jeżisti fil-Gżejjer Maltin. Dwar dak li ħabbar il-Prim Ministru fuq trasport b’xejn mill-mina għall-Għawdxin, pero irid jaħseb ukoll fuq trasport tal-massa bħal metro.
Huwa qal li l-metro jista’ jgħin għal dawk li min Għawdex ikunu jistgħu jmorru direttament f’postijiet bħal li sptar, l-ajruport u l-Universita.
Dan għaliex jekk tintuża l-mina, l-Għawdin u anke l-Maltin xorta se jkollhom iħabbtu wiċċhom mat-traffiku.
//= $special ?>