L-Oppożizzjoni Nazzjonalista hi favur il-prinċipju tal-konnettività bejn Malta u Għawdex, iżda trid li l-interess ta’ Għawdex jigi żgurat fl-aħjar interess ta’ Għawdex u l-Ghawdxin, kif ukoll tas-sostenibbiltà ambjentali u tal-governanza tajba.
Għaldaqstant, l-Oppożizzjoni qed tressaq emendi għall-Mozzjoni tal-Gvern u tesiġi li l-Gvern jippubblika minnufih l-istudji kollha li diġà tlestew, li jkompli għaddej bl-istudji meħtieġa, filwaqt li minnufih jippubblika dawn l-istess studji ladarba jitlestew.
L-Oppożizzjoni qed tesiġi wkoll li jiżgura li jsiru l-istudji kollha meħtieġa, bħall-Environmental Impact Assessment u l-Istrategic Environment Assessment, kif ukoll studju dwar possibbiltà ta’ użu tat-trasport tal-massa.
U dan kollu b’rispett lejn il-ġid komuni u l-interess tal-pajjiż.
L-Oppożizzzjoni qed tesiġi wkoll li jseħħ proċess serju ta’ konsultazzjoni pubblika qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali.
//= $special ?>