Liverpool se jkunu qed jilagħbu f’Estadio do Dragao u jfittxu li jkomplu s-sensiela pożittiva ta’ riżultati biex jgħaddu mal-aħħar erbgħa. Liverpool għandhom vantaġġ tajjeb ta’ 2-0 mill-ewwel logħba u probabbilment se jkunu qed ifittxu gowl kmieni li jagħlaq il-konfront.
Porto fuq in-naħa jittamaw f’rimonta biex jikkwalifikaw għas-semifinali tal-UEFA Champions League għall-ewwel darba mill-istaġun 2003/04. Il-kowċ Sergio Conceicao se jilqa’ r-ritorn tal-midfielder ħabrieki Hector Herrera u d-difensur Pepe li tilfu l-logħba tal-ġimgħa minħabba li kienu sospiżi.
Fuq in-naħa l-oħra, il-manager ta’ Liverpool Jurgen Klopp għad irid ikollu konferma fuq il-kundizzjoni ta’ Jordan Henderson wara li kien mibdul fil-logħba kontra Chelsea. F’każ li ma jkunx disponibbli, mistenni jibda James Milner.
Iż-żewġ timijiet kienu ltaqgħu fl-aħħar 16 tal-edizzjoni li għaddiet, b’Liverpool jikkwalifikaw wara li proprju f’dan l-istadium kienu rebħu 5-0. Porto għadhom qed ifittxu l-ewwel rebħa kontra t-tim Ingliż wara sitt konfronti. It-tnejn rebħu ħamsa mill-aħħar sitta fil-kampjonati rispettivi.
//= $special ?>