Futbol Sport

Liverpool jippreparaw sfida kontra Barcelona b’rebħa oħra kontra Porto

(Ritratt: EPA)

PORTO……………………. 1

I. Casillas, E. Militao, Pepe, Felipe, A. Telles, D. Pereira, Otavio (Tiquinho 46’), H. Herrera, J. Corona (F. Santoss 78’), Y. Brahimi (B. Cosa 81’), M. Marega

LIVERPOOL…………… 4

A. Becker, T. Alexander-Arnold (J. Gomez 66’), J. Matip, V. van Dijk, A. Robertston (J. Henderson 71’), Fabinho, G. Wijnaldum, J. Milner, M. Salah, S. Mane, D. Origi (R. Firmino 46’)

Imwissija: S. Mane 32’ (L), Pepe 36’ (P)

Skorjaw: S. Mane 26’, M. Salah 65’, R. Firmino 77’, V. van Dijk 84’ (L), E. Militao 69’ (P)

Referee: Danny Makkelie (Olanda)

Liverpool aċċertaw il-kwalifikazzjoni għas-semifinali tal-UEFA Champions League b’rebħa ta’ 4-1 f’Estadio do Dragao kontra Porto biex għaddew b’aggregate ta’ 6-1. Fis-semifinali jiltaqgħu kontra Barcelona fejn fosthom se jkun hemm ir-ritorn ta’ Philippe Coutinho u Luis Suarez f’Anfield.

Porto fetħu mill-ewwel ifittxu l-gowl u wara ftit sekondi xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Jesus Corona għadda ftit għoli. Liverpool prattikament għalqu l-kwalifikazzjoni fit-28 minuta bi kross ta’ Mohamed Salah lejn SADIO MANE li mattar siequ biex għeleb lil Iker Casillas mill-viċin, gowl li kien konfermat bil-VAR. Minuta wara, xutt ta’ Yacine Brahimi minn qagħda tajba kien salvat minn Alisson Becker.

Liverpool irduppjaw fil-65 minuta minn passaġġ tajjeb ta’ Trent Alexander-Arnold lejn MOHAMED SALAH li wiċċ imb wiċċ ma’ Casillas ma żbaljax b’xutt fil-baxx. Porto naqqsu d-distakk tliet minuti wara b’daqqa ta’ ras ta’ EDER MILITAO minn korner mix-xellug.

It-tim ta’ Klopp kompla jkabbar il-vantaġġ fis-77 minuta bi kross mil-lemin ta’ Jordan Henderson lejn is-sostitut ROBERTO FIRMINO li b’daqqa ta’ ras minn pożizzjoni tajba għeleb lil Casillas. L-iskor saħansitra sar 4-1 fl-84 minuta meta minn korner mix-xellug, Mane kompla bir-ras b’lura lejn VIRGIL VAN DIJK li b’daqqa ta’ ras oħra skorja mill-viċin.