Lokali

Nirien f’Manoel Island

Skont rapporti li waslu lil Net News jidher li żviluppaw nirien fi stabbiliment f’Manoel Island. Id-dħaħen jidhru minn diversi partijiet fil-madwar.

Intant post fuq Facebook titlob lill-pubbliku iwaqqaf żgħażagħ lebsin hoodies li jistgħu ikunu għadhom fiz-zona, u li x’aktarx kebbsu n-nirien.

Fuq il-post hemm membri tal-Korp tal-Pulizija kif ukoll għadd ta’ membri tas-Civil Protection.

Iktar dettalji kif jidħlulna.