Raġel ta’ 38 sena minn Raħal Ġdid sofra ġrieħi wara li aċċidentalment intlaqat b’sikkina waqt serqa f’ħanut f’Raħal Ġdid stess. Stqarrija tal-Pulizija tgħid li xi persuni b’wiċċhom mgħammad u armati b’arma li taqta’ daħlu f’ħanut fi Triq Għajn Dwieli għall-ħabta tat-8.30p.m.
Kif daħlu fil-ħanut talbu l-flus lill-kaxxiera, persuna ta’ 21 sena minn Ħaż-Żabbar. Dak il-ħin fil-ħanut kien hemm ir-raġel ta’ 38 sena u l-istqarrija tal-pulizija tgħid li sofra xi ġrieħi wara li aċċidentalment intlaqat bl-arma.
L-aggressuri ħarbu minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti. L-Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>