Paris Saint-Germain reġgħu pposponew ir-rebħ tal-kampjonat wara li kienu megħluba għat-tielet darba f’dan il-kampjonat b’telfa ta’ 3-2 kontra Nantes. PSG xorta għandhom vantaġġ komdu ta’ 17-il punt fuq Lille meta fadal sitt logħbiet.
Dani Alves fetaħ l-iskor wara 19-il minuta b’xutt mill-isbaħ fuq it-tieni lasta minn barra l-kaxxa. Reazzjoni immedjata ta’ Nantes li ġabu d-draw tliet minuti wara b’daqqa ta’ ras angolata ta’ Diego Carlos wara korner mix-xellug.
Nantes marru fil-vantaġġ qabel tmiem l-ewwel taqsima, b’Majeed Waris ikompli għal ġewwa wara li rċieva mingħand Samuel Moutoussamy. Huma saħansitra kabbru l-vantaġġ fit-52 minuta meta minn korner, Layvin Kurzawa biegħed parzjalment bir-ras, iżda l-ballun ħabat ma’ Dani Alves u għeleb lill-gowlkiper tiegħu stess.
Metehan Guclu naqqas id-distakk fid-89 minuta b’xutt fil-baxx mill-kaxxa iżda PSG ma rnexxielhomx isalvaw ir-riżultat.
//= $special ?>