Lokali Parlament

Sakemm titlesta l-mina hemm bżonn li jiġu ndirizzati l-problemi eżistenti

Meta kien qed jitkellem dwar il-mozzjoni fuq il-proġett tal-mina bejn Malta ub Għawdex il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li huwa tajjeb ħafna li flimkien Gvern u Oppożizzjoni qed jaqblu dwar il-proġett ta’ mina, imma xorta waħda m’għandniex niefqu biex malajr kemm jista’ jkun jiġu ndirizzati l-problemi ta’ konnettivita li fil-preżent hemm bejn Malta u Għawdex u viċi-versa.

Delia qal li x-xogħol se jieħu s-snin u allura, l-Għawdxin u l-Maltin ma jistgħux jibqgħu jistennew. Il-konnettivita’ trid titjieb mill-ewwel u tiġi mitikata. Dak li għandu jsir, isir issa biex jagħti ftit tas-soljev lil dawk li qegħdin fil-kummerċ, fl-edukazzjoni u s-saħħa. Dawn qed ibatu bil-kbir u għandna nagħmlu xi ħaġa.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Prim Ministru qal li ċertu affarijiet ma jistgħux isiru minħabba li qegħdin imwaħħlin fil-Qorti. Delia, qal li ma jaqbel xejn ma dan għax il-bażiku jista’ jsir u nistgħu nkunu aktar effiċjenti u xejn ma jista’ jwaqqafna milli nagħmlu dan.

Huwa qal li tajjeb li sa fl-aħħar il- proposta tal-proġett, li ilna s-snin niddiskutu dwarha se sseħħ, imma dawk li l-aktar li qed ibatu, għaliex le għar-raba’ vapur, għaliex le għal “cargo ferry” li waqqfu l-gvern stess u għaliex le għall-fast ferry.

Fil-bidu Adrian Delia filkwaqt li rringrazzja lill-Prim Ministru talli laqa’ l-emendi tal-Oppożizzjoni, qal li sa fl-aħħar wasalna kif nagħmlu mod ġdid fil-politika, fejn mill-Oppożizzjoni nistgħu nkunu propożittivi biex jibbenefikaw il-Maltin u l-Għawdxin.

Qal li jekk isir hekk f’affarijiet oħra li taffettwa l-ħajja tagħna ta’ kuljum anke b’mod ambjentali, igawdi kulħadd, xi ħaġa li inkunu propozittivi, biex jibbenefikaw Maltin taffettwa il-hajja ta’ kuljum. Dan għandu wkoll japplika għal materji oħra bħal l-ambjent, li naraw li m’għandux jiġi mittiefes, għall-iskapitu ta’ żvilupp.

Delia qal li l-Oppożizzjoni kellha diversi laqgħat ma’ għaqdiet u NGO’s u dawn esprimew ix-xewqa li jiġu proponuti emendi li saru llum. Matul iż-żmien ta’ avvanz fit-teknoloġija, kull rapport għandu jkun pubblikat, biex id-deċiżjonijiet jittieħdu fil-miftuħ, u mhux kollox ikun marbut mat-tender inniffsu.

Kollox għandu jdur mal-parteċipazzjoni f’oqsma bħal dawn f’demokrazija u mhux fl-politika tal-parteginazzmu. Hemm bżonn ħafna ta’ ideat li se jaffettwa il-pajjiz b’mod ġenerali.

Dwar dak li qalet l-Oppożizzjoni lin trid tara l-vantaġġi u li żvantaġġi fuq il-proġett tal-mina, dan sar għaliex hemm bżonn ta’ skrutinju serju, u dan fi proġett li għadhom ma preżentati l-ebda studju. Il-Gvern ma jridx ikollu idu marbuta biex iwettaq il-proġett, imma lanqas ma wieħed ikollu “freehand” tas-sitwazzjoni. Għandu jsir kollox bis-serjeta’ għal vantaġġ tal-ġid komuni.