Sport Sport Ieħor

Sliema Hotsticks jirbħu l-aħħar logħba u jistennew il-konfront ta’ Qormi

(Ritratt: Andrea Curmi)

Sliema Hotsticks rebħu l-aħħar logħba tal-kampjonat wara li għelbu faċilment lil White Hart 7-0 u issa jistennew l-aħħar logħba taċ-champions Qormi Daikin kontra Rabat il-ġimgħa d-dieħla. Jekk Qormi jirbħu l-konfront, ikun hemm bżonn decider biex jintrebaħ il-kampjonat.

Il-gowls fir-rebħa Slimiża waslu minn doppjetta kull wieħed ta’ Charlo Sammut u Silas Plaehn u gowl kull wieħed minn Jonathan Borg, Ryan Dalli u Ryan George.

Fil-logħba l-oħra, Rabat ħasdu lil Floriana Young Stars b’rebħa missielta ta’ 3-2. Din kienet l-ewwel rebħa għal Rabat fuq tim li jinsab fuqhom fil-klassifika. Kienu Floriana li marru fil-vantaġġ wara nofs siegħa permezz ta’ Jamie Mifsud iżda l-vantaġġ ma tantx dam jitgawda, b’Shawn Dimech iġib id-draw għar-Rabtin ftit wara, bl-ewwel taqsima tintemm 1-1.

Mario Galea tefa’ lil Rabat minn fuq fit-18-il minuta tat-tieni taqsima u tliet minuti mit-tmiem Dimech skorja t-tieni gowl personali. Floriana Young Stars naqqsu d-distakk minuta mit-tmiem għal darba oħra permezz ta’ Jamie Mifsud.

Logħob li jmiss

Il-Ħadd 28 ta’ April

Qormi v Rabat 9.00am, Floriana Young Stars v White Hart 11.00am

Kif Jinsabu

                  L       R       D       T       F       K       Pti

Hotsticks    12      9        2        1        43      7        20

Qormi         11      8        2        1        48      17      18

Floriana      11      4        2        5        24      22      10

Rabat             11      4        0        7        12      30      8

White Hart  11      0        0        11      1        52      0

Tags