Futbol Sport

Tliet punti importanti għal Lazio

(Ritratt: EPA)

Lazio reġgħu daħlu fit-taqtigħa biex jiksbu post fiċ-Champions League staġun ieħor meta fi Stadio Olimpico għelbu lil Udinese 2-0 f’logħba li kellhom jirkupraw.

Huma fetħu l-iskor fil-21 minuta meta Ciro Immobile għadda ‘l quddiem lejn FELIPE CAICEDO li b’xutt fil-baxx bl-għajnuna tal-wieqfa għadda l-ballun wara Juan Musso. L-iskor sar 2-0 tliet minuti. Kien korner mil-lemin, bid-daqqa ta’ ras ta’ Sergej Milinkovic-Savic taħbat ma’ sieq Sandro u l-ballun spiċċa fix-xibka.

Udinese kellhom ċans li jidħlu fil-logħba fit-52 minuta iżda Rodrigo de Paul ra l-penalty fil-baxx ikun salvat tajjeb minn Thomas Strakosha.

Tags