Sa ftit tas-snin ilu, ħafna familji li kienu jridu jieħdu vaganza, kienu jmorru għand operaturi u jieħdu ħsieb kollox huma.
Illum, iżda, bit-teknoloġija, b’mod partikolari l-użu tal-internet, ħafna titjiriet u lukandi jiġu konfermati mill-individwi online. Proċess eħfef għall-konsumatur imma anke għan-negozji. Kien għalhekk li l-Parlament Ewropew approva liġi ġdida li se tagħmel dan il-proċess aktar trasparenti, bħal liema lukanda l-ewwel li titla’ meta wieħed jibda jfittex.
Fuq din il-liġi ħadem l-MEP tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech, li kien ir-Rapporter tal-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew fil-Kumitat dwar l-Affarijiet Legali.
B’mod partikolari ssir referenza għas-settur tat-turiżmu. Settur li diversi unions Maltin tkellmu dwaru waqt laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-MEP Zammit Dimech.
L-importanza ta’ din il-liġi ssemmiet f’diversi żjarat li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qed jagħmel fil-ħwienet u n-negozji fil-bliet u l-irħula Maltin u Għawdxin.
//= $special ?>