Internazzjonali

BANGLADESH: Tinħaraq ħajja wara li rrappurtat fastidju sesswali

Hija tassew xokkanti l-istorja ta’ Nusrat Jahan Rafi – tfajla mill-Bangladesh li inħarqet ħajja fl-iskola tagħha ftit tal-jiem ilu. Ġimgħatejn qabel, hi kienet irrappurtat lill-Kap tal-Iskola b’fastidju sesswali.

Dan ir-rakkont mill-Bangladesh ħasad lil bosta, bil-Pulizija tal-lokal tgħid illi diġa’ saru numru ta’ arresti.

Jirriżulta li Nusrat inħarqet bl-użu ta’ pitrolju.

It-tfajla kellha 19-il sena, u kienet tgħix fil-villaġġ ta’ Feni li jinsab 160km fin-nofsinhar ta’ Dhaka.