Il-libertà tal-midja ħielsa qed kontinwament tiddeterjora, b’Malta taqa’ tnax-il posizzjoni fl-indiċi ppublikati minn Reporters Without Borders.
Malta diġa kienet waqgħet 18-il posizzjoni fl-2018 f’ indiċi separat – dak ippublikati mill-World Press Freedom. Din is-sena Malta waqgħet mis-65 post għas-77.
Malta hija t-tielet pajjiż bir-riżultat l-aktar baxx fl-UE; isegwuna l-Ungerija u r-Rumanija.
Ir-rapport ikejjel il-livell tal-libertà tal-espressjoni, il-pluraliżmu, l-indipendenza fix-xogħol tal-midja, l-ambjent u ċ-ċensura nnifisha fost oħrajn.
Reporters Without Borders nnutaw li l-ġurnalisti f’Malta kienu qed jippruvaw ikomplu x-xogħol Daphne Caruana Galizia, iżda ħafna ma setawx ikompluh minħabba li qed jibżgħu. Huma kritikaw dak li ddeskrivew bħala tattika mifruxa, li thedded li teżawrixxi r-riżorsi finanzjarji tal-ġurnalisti, u thedded l-għodod legali tal-individwi.
Reporters Without Borders wissew li l-pajjiż qed jonqos milli jħares l-obbligi tiegħu li jiggarantixxi u jissalvagwardja l-libertà tal-espressjoni. Il-Kap tal-PN Adrian Delia ilu xhur jitkellem dwar it-tattici u l-manuvri mill-qalba ta’ Kastilja biex johonqu d-demokrazija vera u l-libertà tal-espressjoni, fejn tenna kemm-il darba li l-istituzzjonijiet fallew.
Fatt li kien konfermat anki mir-rapport Greco; b’konkluzjonijiet iebsa ferm fil-konfront ta’ Muscat u t-tmexxija ta’ Kastilja.
//= $special ?>