Din is-sena timmarka l-100 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri ta’ Ħal Qormi, illi hu l-ewwel kumitat tax-xorta tiegħu f’pajjiżna.
Fi stqarrija, il-Kumitat ħabbar illi bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ dan l-anniversarju importanti, il-Kumitat Festi Esterni se jkun qiegħed jinawgura maħżen ġdid tal-armar, nhar it-Tlieta 23 t’April, fi Triq San Pietru Ħal Qormi.
Fis-6:30pm se jibda’ marċ minn quddiem il-Knisja ta’ San Ġorġ Martri, fejn imbagħad jgħaddi minn Triq il-Kbira, Triq Santa Katarina, għal Triq San Pietru. F’dan il-marċ jieħdu sehem bandisti mill-Ghaqda Mużikali San Ġorġ Martri u mill-Għaqda Soċjo-Mużikali Aniċi.
Fis-7:30pm imbagħad, jibda’ programm muzikali taht id-direzzjoni ta’ Mro. Henry Attard, fejn ser jindaqqu diversi Innijiet Gorgjani u Overtures popolari.
Matul din is-serata, ser jintwera ‘feature’ dwar l-ewwel 100 sena ta’ hidma tal-Kumitat Festi Esterni. Iktar tard ukoll matul il-programm, ser jigi mniedi il-ktieb kommemorattiv ‘Nagħmlu Festa’, miktub minn Joseph A. Bugeja, fejn fih jiġbor l-istorja tal-ewwel ċentinarju tal-Kumitat Festi Esterni. L-awtur ser ikun prezenti wkoll sabiex jiffirma l-kopji ta’ dan il-ktieb.
Fl-ahhar nett ta’ din is-serata isir il-ftuħ uffiċjali tal-maħżen il-ġdid tal-armar.
Din is-serata ser tkun taħt il-Patroċinju tal-Eċċellenza Tiegħu Dr George Vella, President ta’ Malta.
//= $special ?>