Knisja Kultura

“Ħidma biex it-tradizzjonijiet tagħna jinżammu ħajjin”

Lejlet il-jum qaddis ta’ Ħamis ix-Xirka, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kompla bis-sensiela ta’ żjarat f’wirjiet imtella’ apposta għal dawn il-jiem. Matulhom, hu seta’ jsegwi d-devozzjoni li biha, l-organizzaturi jieħdu ħsieb iħejju atmosfera adattata għal dan iż-żmien qaddis.

L-ewwel miż-żjarat kienet fil-Gudja, fejn żar il-wirja Crocefisso, imtella’ minn Jesmond Farrugia.

Ritratt: Martin Agius

Minn hemm, hu mar iż-Żejtun, fejn żar għadd ta’ wirjiet differenti. Fosthom dik imtella’ minn Louis Mifsud u anke dik imtella’ minn Leli Baldacchino. Dawn iż-żewġ wirjiet, flimkien ma’ oħrajn, saru fuq inizjattivi personali.

Adrian Delia żar ukoll wirjiet imtella’ mill-Għaqda Mużikali Beland u oħra miċ-Ċirkolu Mużikali Santa Katerina, kif ukoll oħra mill-Għaqda Banda Żejtun.

Fil-Kannierja tal-Knisja Parrokkjali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista żar Ċenaklu ‘life size’ qabel ma żar wirjiet privati oħrajn, imtella’ minn Saviour Abela, Brian M. Gatt u Clyde Bongailas.

Ritratti: Martin Agius