Lokali

Il-President tal-Greco jgiddeb lil Muscat

Il-grupp tal-istati tal-Kunsill tal-Ewropa kontra  l-korruzzjoni – il-Greco, ibbaża r-rapporti tiegħu fuq il-fatti u mhux fuq l-impressjonijiet, jew affarjiet mingħajr sustanza.

Dan qalu l-Imħallef Marin Mrčela illi ikkontradixxa dak li qal il-Prim Ministru Joseph Muscat fl-aħħar jiem fejn allega li r-rapport Greco huwa bbażżat fuq dak li qalet il-midja, u hekk kif spicca dahru mal-ħajt, anki pponta subgħajh lejn l-Oppożizzjoni li kellha x’taqsam ma’ dan ir-rapport – xi ħaġa li issa ġiet imgiddba mill-Imħallef Mrčela, li hu l-President tal-Greco.

Waqt li kien qed jindirizza Kungress internazzjonali, Mrčela insista li fir-rapport, il-Greco dejjem iħares b’mod fattwali lejn dak li jkun qed iseħħ fil-pajjiż konċernat.

Huwa sostna li x-xogħol li jagħmel il-grupp tiegħu huwa xogħol imparzjali u espert, u dan hu dak li  jagħti s-saħħa lill-istess rapport li jkun ippublikat min-naħa tagħhom.

Mrčela qal li l-pariri li r-rapport jagħti għandhom jiġu implimentati minn kull stat membru.

Fost il-konkluzjonijiet tiegħu, ir-rapport Greco jgħid ċar li;

  • is-sistema tal-Qrati f’Malta tinsab f’riskju li tispiċċa paralizzata
  • ċertu istituzzjonijiet huma kważi bla valur
  • u jezisti nuqqas ta’ strateġija fejn jidħlu standards għall-Ministri u n-nies tal-Gvern.
  • Il-Greco jaghmel kritika ħarxa għall-positions of trust li ħoloq il-Gvern preżenti
  • kritika għan-nuqqas ta’ azzjoni minn naħa tal-Pulizija quddiem diversi allegazzjonijiet serji ta’ korruzzjoni
  • jitkellem fuq il-bżonn li jinbidel il-mod kif jinbdew investigazzjonijiet kriminali fil-konfront ta’ uffiċjali tal-Gvern
  • jirrimarka li inkjesta TISTA’ tinbeda fuq suspett raġunat, u mhux biss jekk ikun hemm evidenza mal-ewwel
  • jenfasizza l-ħtieġa li fil-Korp tal-Pulizija ikun hemm tmexxija indipendenti u newtrali.
  • Isemmi n-nuqqas ċar ta’ miżuri kontra l-korruzzjoni
  • u jgħid illi fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni mhux qed jidhru riżultati