L-investigaturi jemmnu li n-nirien li qerdu il-Katidral tan-Notre Dame din il-Ġimgħa, bdew minn ‘Electrical Short-Circuit’
Uffiċjal tal-pulizija Franċiż qal li l-investigaturi miġjuba biex ifittxu l-kawża tan-nirien għamlu t-talbiet – minkejja li għadhom ma ngħatawx aċċess għall-knisja għal raġunijiet ta’ sigurtà.
L-uffiċjal, li tkellem b’mod anonimu dwar l-investigazzjoni li għaddejja, qal li l-monument għadu qed jiġi kkonsolidat bi pjanċi tal-injam minħabba li hemm xi partijiet mill-ħitan fraġli.
Huwa biss wara li l-post ikun kompletament sikur li l-investigaturi jitħallew jidħlu u jaraw aktar mill-qrib sabiex jiddeterminaw b’mod preċiż il-kawża tan-nar.
Aktar kmieni il-Ħamis, il-pulizija ħarġet filmati u ritratti li ttieħdu minn kamera installata ftit sigħat qabel it-Tnejn bdew in-nirien, filmati li jistgħu jagħtu ħjiel ta’ x’verament ikkawża n-nirien.
Marc Eskenazi, rappreżentant ta’ kumpanija Franċiza Echafaudage, ikkonferma li d-duħħan jidher fuq xi wħud mill-istampi u jidher li beda fin-naħa tan-nofsinhar tal-bini.
Huwa qal ukoll li l-kamera ma tiżvelax il-kawża eżatta tan-nar u minn fejn beda fejn bdiet, imma ser tkun ta’ għajnuna kbira għall-investigaturi, filfatt issa il-filmati kollha jinsabu għandhom.