Illum, għall-ħabta tal-ħamsa u nofs , il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident ġewwa Triq il-Gżira, Gżira.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li persuna ta’ 40 sena residenti Birkirkara li kien qed isuq vettura tal-għamla Vauxhall Astra, għal xi raġuni laqat persuna mir-Rumanija ta’ 63 sena u residenti l-Gżira.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, il-vittma ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>