Lokali

Kollox lest għall-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-kbira

Kif inhi t-tradizzjoni, diversi knejjes madwar Malta u Ghawdex kmieni l-Hamis filghodu lestew l-ahhar preparamenti qabel ic-celebrazzjonijiet solenni marbuta mal-Gimgha l-Kbira u l-Ghid – celebrazzjonijiet illi f’numru ta’parrocci jinkludu wkoll il-purcissjoni tradizzjonali bil-vari tal-Gimgha l-Kbira.

Kif inhi t-tradizzjoni, diversi knejjes madwar Malta u Ghawdex kmieni l-Hamis filghodu lestew l-ahhar preparamenti qabel ic-celebrazzjonijiet solenni marbuta mal-Gimgha l-Kbira u l-Ghid – celebrazzjonijiet illi f’numru ta’parrocci jinkludu wkoll il-purcissjoni tradizzjonali bil-vari tal-Gimgha l-Kbira.

Fil-fatt, f’dawn il-jiem ikunu ghexieren dawk id-dilettanti u volontiera li jhejju s-settijiet tal-vari, il-vestwarju, is-simboli li jingarru fil-purcissjonijiet, kif ukoll l-armar tal-fjuri. F’hafna knejjes, din hi tradizzjoni li tmur lura numru kbir ta’ snin…u f’lokalitajiet bhal Hal Qormi, il-fjuri jintramaw f’forma ta’ tapit. Lokalitajiet ohra bhal Haz-Zebbug jarmaw il-vari bil-bukketti tal-fjuri separati.

B’kollox kull sena johorgu 14-il purcissjoni – tnejn minnhom, tal-Gharghur u ta’ Hal Ghaxaq, diġa’ ħarġu f’Ħadd il-Palm.

Mhux maghruf ezatt f’liema sena bdew dawn il-purcissjonijiet. Izda bosta ricerkaturi jemmnu li fis-Seklu 16 kienu diga’ stabbiliti f’Malta…bl-ewwel wahda tkun il-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira fir-Rabat.

Ta’ min wiehed isemmi li dawn il-manifestazzjonijiet bil-vari mhux minn dejjem kienu johorgu kollha f’ġurnata waħda, u kien fis-sena 1879 meta l-Isqof Scicluna hareg direttiva sabiex il-purcissjonijiet jibdew isiru fl-istess jum.

Intant, fil-ġurnata tal-Gimgha l-Kbira Net TV se jwassal xandira diretta mill-Mosta, mit-3pm ‘il quddiem. Apparti intervisti u features informattivi, il-qofol ta’ din it-trasmissjoni tkun il-purcissjoni li tohrog mir-Rotunda.

Hadd il-Ghid imbghad ix-xandiriet jibdew mill-10am, fejn Net TV din is-sena se jkun qed iwassal il-purcissjoni bil-vara ta’ Kristu Rxoxt mir-Rabat Malta.Ghalkemm f’dawn il-jiem il-previzjoni tat-temp mhix tindika xita…il-Hadd hu mistenni rih qawwi, li jaf iharbat xi ftit il-festegjamenti ta’ Hadd il-Ghid.