Futbol Sport

Aaron Ramsey seta’ lagħab l-aħħar logħba ma’ Arsenal?

(Ritratt: EPA)

Il-manager ta’ Arsenal Unai Emery jittama li Aaron Ramsey jirritorna fi żmien tliet ġimgħat wara li weġġa l-Ħamis kontra Napoli. L-internazzjonali ta’ Wales ħareġ fit-33 minuta b’ħafna jgħidu li saħansitra din setgħet kienet l-aħħar logħba tiegħu mal-Gunners hekk kif mill-istaġun li ġej se jilgħab ma’ Juventus.

“Ma nafx kemm se jdum barra mit-tim imma probabbilment ġimagħtejn jew tliet ġimgħat,” qal Emery. L-aħħar logħba ta’ Arsenal fil-Premier League hi kontra Burnley fit-12 ta’ Mejju. Huma jilagħbu kontra Valencia fis-semifinali tal-Europa League fit-2 ta’ Mejju, bil-partita ta’ ritorn tintlagħab ġimgħa wara. Is-semifinali l-oħra se tkun bejn Chelsea u Eintracht Frankfurt, bil-finali tintlagħab fid-29 ta’ Mejju f’Baku.

Emery diġà se jkun mingħajr Sokratis Papastathopoulos kontra Crystal Palace minħabba li hu sospiż filwaqt li l-midfielders Granit Xhaka u Denis Suarez jinsabu dubjużi.

Tags