Lokali

Il-Kap tal-PN iżur is-Salib tal-Għolja u l-mixegħla fis-Siġġiewi

Is-Salib tal-Gholja fis-Siggiewi sar sinonomu ma’ Hamis ix-Xirka bl-organizazzjoni tal-Mixeghla li ssir kull sena organizzata mill-Kunsill Lokali tas-Siggiewi u l-Kazin Banda San Nikola – bil-partecipazzjoni tal-Ghaqda tan-Nar San Nikola. 

Fl-istess waqt fi Pjazza San Nikola ssir il-Mixeghla tal-Pjazza organizzata mill-Kunsill Lokali u l-Grupp Armar Sitta ta’ Dicembru, bil-partecipazzjoni tas-Siggiewi Festival Brass Band. 

Il-Hamis filghaxija, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia zar il-wirjiet u l-Mixeghla fi Pjazza San Nikola. Hu kien akkumpanjat mis-Sindku tas-Siggiewi Alessia Psaila Zammit, kunsilliera u kandidati ghall-Kunsill Lokali tas-Siggiewi. 

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista iltaqa mar-rapprezentanti tal-ghaqdiet li jorganizzaw l-Mixeghla fi Pjazza San Nikola u man-nies li kienu prezenti, hafna minhom Siggiwin. 

Wara l-Kap tal-Partit Nazzjonalista ltaqa’ man-nies fiz-zona tas-Salib tal-Gholja li jigu minn Malta kollha biex jiehdu sehem f’din l-esperjenza ta’ attività religjuza fiz-zona tas-Salib tal-Gholja. 

Matul iz-zjarat fis-Siggiewi, l-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat minn numru ta’ deputati u kandidati, kemm tal-Kunsilli Lokali kif ukoll tal-Parlament Ewropew.